Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li Tribunal Internazzjonali xejjen il-gideb dwar il-€400 miljun f’każ kontra Steward Healthcare u kkonferma li Malta ħadet il-valur ġust ta’ dak li ħallset.
Dr Abela spjega li grazzi għall-ħila tat-tim legali Malti, il-proċeduri wrew li Steward ma kellhiex dritt għal €148 miljun li kienet talbet, filwaqt li d-differenza favur il-kumpanija kienet biss ta’ madwar €4.5 miljun.
Il-Ministru Jonathan Attard qal li din id-deċiżjoni hi prova ta’ governanza tajba u ta ringrazzjament lit-tim legali li ħadem favur l-Istat Malti.