Government Registered Online News Portal


Middle-class ta’ ġenituri se jieqfu jħallsu taxxa – PM Abela

Budget 2026 – Tax cuts għal ġenituri u investiment fil-familji

Staff Reporter || Published: October 28, 2025, 10:10 am
Middle-class ta’ ġenituri se jieqfu jħallsu taxxa – PM Abela PM Robert Abela waqt il-konferenza tal-Budget 2026 fil-Berġa ta’ Kastilja

Il-Prim Ministru Robert Abela qal li l-Budget 2026 se jkompli jsaħħaħ lill-familji Maltin u Għawdxin permezz ta’ tnaqqis bla preċedent fit-taxxa għall-ġenituri ħaddiema. Ġenituri b’żewġ ulied jew aktar li jaqilgħu sa €30,000 kull wieħed se jieqfu jħallsu taxxa fi żmien tliet snin – miżura li tagħmilhom tax-free għal kważi kwart ta’ seklu. Ġenituri b’tifel wieħed se jibbenefikaw minn tnaqqis sostanzjali wkoll.

Il-Prim Ministru tenna li Malta qed tippreżenta l-aqwa budget fl-istorja, fi żmien li ekonomiji oħra Ewropej qed jiffaċċjaw awsterità. Il-pakkett soċjali ta’ €120 miljun se jgħin lill-aktar familji fil-bżonn, b’single parent b’żewġt itfal fuq il-paga minima tara żieda ta’ €650 fid-dħul tagħha.

Il-pensjonanti se jgawdu l-ħdax-il żieda konsekuttiva fil-pensjoni – dritt doppju tal-għoli tal-ħajja – filwaqt li tiġi indirizzata inġustizzja li ilha teżisti mill-2006. Barra minn hekk hemm żieda ta’ 15% fl-istipendji tal-istudenti u aktar għajnuna għal studenti Għawdxin.

Il-Government qed jalloka wkoll €100 miljun għall-qalba diġitali u adozzjoni tal-AI, bħala parti mill-Viżjoni Malta 2050 biex il-pajjiż ikun fost l-aħjar fid-dinja f’livell ta’ żvilupp uman u sodisfazzjon fil-ħajja.

(Ritratti: DOI/OPM)

By commenting you are accepting our Comment Policy.


Don't Miss